
Aħbarijiet dwar il-Komunitajiet tal-Enerġija Sostenibbli
Ħarġa 1
Ħarifa 2010
Artikoli [1 MT]
Ħames Proġetti ġodda tal-Komunitajiet tal-Enerġija Sostenibbli EIE
Enerġija għas-Sindki li tiffoka fuq Strutturi ta’ Appoġġ
ENESCOM – L-Identità tal-Enerġija tal-Komunitajiet
come2CoM li jaqsam strateġiji ta’ enerġija sostenibbli urbana
Il-promozzjoni tal-Konvenzjoni tas-Sindki
Växjö - “L-Aktar Belt Ekoloġika” tista’ tikseb riżultati aħjar!
Il-Belt_SEC li tappoġġja l-muniċipalitajiet tal-Komunitajiet tal-Enerġija Sostenibbli
ENNEREG "Reġjuni 202020"
It-tħejjija tat-triq għal Ewropa b’Enerġija Sostenibbli
Ikkuntrattar tal-Prestazzjoni Enerġetika f’Middelfart, id-Danimarka
Tagħlim minn min huwa l-Aqwa
Trid titgħallem minn min huwa l-aqwa? Aħna wkoll!
Awtur : Katy HALL, ENNEREG Communications Officer, CPL Scientific Publishing Services Ltd, United Kingdom - Email
Traduttur: Ivan GRECH, ENESCOM, Malta - Email
Reġjuni 202020 qiegħda tfittex:
- Reġjuni pijunieri li jistgħu jaqsmu l-għarfien eżistenti tagħhom sabiex jispiraw replikazzjoni f’Reġjuni ġodda b’Enerġija Sostenibbli madwar l-Ewropa kollha. Jekk inti tixtieq taqsam l-esperjenzi tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja l-koordinatur tal-proġett ENNEREG fuq info@regions202020.eu
- Ir-reġjuni tar-replikazzjoni li għadhom jibdew il-vjaġġ tagħhom u jistgħu jiksbu benefiċċju u jkunu ispirati mill-esperjenzi minn ENNEREG u Reġjuni Pijunieri oħra. B’mod partikolari, fil-Ħarifa tal-2011, qegħdin nimmiraw li nidentifikaw 12-il Reġjun f’Ġemellaġġ li jistgħu jaħdmu id f’id mal-Pijunieri tal-ENNEREG li għandhom jipprovdu gwida u appoġġ individwali. Jekk inti interessat li ssir reġjun tar-replikazzjoni tar-Reġjuni 202020, jew Reġjun f’Ġemellaġġ tal-ENNEREG, jekk jogħġbok ikkuntattja l-koordinatur tar-Replikazzjoni tal-proġett ENNEREG: Thomas Jensen fuq in-Numru tat-Telefown tal-Uffiċċju Ewropew tad-Danimarka tan-Nofsinhar: +32 2 234 6850 Imejl replication@regions202020.eu
It-tagħlim miksub mit-12-il Reġjun Pijunier ENNEREG għandu jiġi kkombinat mal-għarfien minn reġjuni oħra li diġà qegħdin jiżviluppaw u jimplimentaw l-PAES u l-PES. Dawn il-pijunieri se jiskambjaw esperjenzi u għandhom jispiraw, jiggwidaw u jappoġġjaw ir-replikazzjoni madwar l-Ewropa kollha permezz tan-Netwerk tar-Reġjuni 202020.
10 raġunijiet għalfejn wieħed għandu jingħaqad mar-Reġjuni 202020
- Skopri kif ir-Reġjun tiegħek u l-Komunitajiet tiegħu jistgħu jgħinu l-Ewropa tilħaq il-miri 20-20-20 tagħha
- Oħloq konnessjoni mal-partijiet interessati lokali madwar l-UE kollha
- Aqsam esperjenzi u għarfien u riżorsi
- Ikseb benefiċċju minn interazzjoni mal-Konvenzjoni tas-Sindki u l-Atturi tal-Enerġija Lokali tal-ManagEnergy
- Irreplika l-prattika tajba eżistenti
- Itgħallem u kun iggwidat minn Reġjuni Pijuniera tal-Enerġija Sostenibbli
- Aqsam il-benefiċċju tal-esperjenza tiegħek mal-oħrajn
- Żviluppa u tejjeb il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli (PAES) tiegħek
- Ibda Proġetti tal-Enerġija Sostenibbli (PES) fl-ambitu ta’ temi li jiffukaw fuq l-enerġija
- Ispira u kun ispirat!







