Aħbarijiet dwar il-Komunitajiet tal-Enerġija Sostenibbli

 Djarju tal-avvenimenti | Aħbarijiet | Irreġistra ħalli tirċievi din in-newsletter elettronika


Regions202020 logo ENESCOM logo Come2CoM logo CITY_SEC logo Energy for Mayors logo
logo

ENNEREG - Reġjuni 202020 li jħejju t-triq għal Ewropa b’Enerġija Sostenibbli

Traduttur: Ivan GRECH, ENESCOM, Malta - Email

Map showing 12 ENNEREG Pioneer RegionsL-għan tar-Reġjuni ENNEREG li jħejju t-triq għal Ewropa b’Enerġija Sostenibbli huwa li jiġi stabbilit u ispirat netwerk ta’ reġjuni madwar l-Ewropa kollha – Reġjuni 202020 – sabiex jiġu prodotti Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli (PAES) reġjonali u jiġu implimentati Proġetti ta’ Enerġija Sostenibbli (PES)

12 Pijunieri ENNEREG

F’Mejju tal-2010, 12-il “Pijunier” ENNEREG bdew il-vjaġġ tagħhom sabiex isiru Reġjuni b’Enerġija Sostenibbli. Dawn ir-Reġjuni ENNEREG, li jvarjaw minn gżejjer fil-Greċja u l-Portugall sa Wales kollu, se jwettqu żvilupp u implimentazzjoni PAES u PES, bl-iskambju ta’ esperjenzi u tagħlim li jkunu nkisbu fil-proċess.

Dawn l-attivitajiet tal-Pijunieri ENNEREG għandhom jinkludu:

  • L-inkoraġġament għall-parteċipazzjoni min-naħa tal-partijiet interessati fir-reġjuni tagħhom
  • L-identifikazzjoni tal-prattika t-tajba u t-tagħlim miksub fir-reġjuni tagħħom u f’reġjuni pijunieri oħra
  • L-istabbiliment ta’ viżjonijiet u għanijiet reġjonali
  • Il-formulazzjoni ta’ Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli (PAES) għal perjodu qasir u dak twil
  • Inkoraġġiment ta’ investimenti ta’ użu finali għall-Proġetti tal-Enerġija Sostenibbli (PES)

Il-Proġett ENNEREG beda f’Ġunju b’laqgħa u żjara qasira ta’ studju fl-Isvezja u d-Danimarka. Iż-żjarat fis-siti tal-enerġija sostenibbli kienu jinkludu impjant tat-tisħin tad-distrett u xogħol tal-ħġieġ ta' effiċjenza enerġetika f’Växjö, żjara qasira ta’ sostenibbiltà tal-Ġonna ta’ Tivoli f’Kopenħagen u preżentazzjoni dwar it-titjib fil-bini u Ikkuntrattar tal-prestazzjoni enerġetika b’garanziji ekoloġiċi f’Middelfart.

The ENNEREG Project team at the Tivoli Gardens in Copenhagen, DenmarkIl-grupp tal-Proġett ENNEREG fil-Ġonna ta’ Tivoli f’Kopenħagen, id-Danimarka fejn il-grupp tas-Sostenibbiltà ħa numru ta’ miżuri għall-effiċjenza enerġetika

Studji dwar il-prattika tajba minn dawn ir-reġjuni u minn reġjuni oħra, kif ukoll PAES, PES, għodod u tagħlim miksuba meħuda bħala eżempju se jkunu disponibbli f’dejtabejż konness ma’ websajt interattiv ta’ Gwida ta’ Ispirazzjoni dwar ir-Reġjuni 202020 hekk kif il-proġett ikun qed jitwettaq. Dawn ir-riżorsi, u l-attivitajiet tar-Reġjuni ENNEREG, se jiffukaw fuq tmien temi ewlenin dwar l-Enerġija Sostenibbli:

  • Bini b’effiċjenza enerġetika
  • L-effiċjenza enerġetika fl-industrija
  • Prodotti b’effiċjenza enerġetika
  • Trasport sostenibbli
  • Enerġija rinnovabbli
  • Servizzi tal-enerġija
  • Edukazzjoni dwar l-enerġija intelliġenti
  • Monitoraġġ tal-enerġija