Aħbarijiet dwar il-Komunitajiet tal-Enerġija Sostenibbli

 Djarju tal-avvenimenti | Aħbarijiet | Irreġistra ħalli tirċievi din in-newsletter elettronika


Regions202020 logo ENESCOM logo Come2CoM logo CITY_SEC logo Energy for Mayors logo
logo energy for mayors 2

Enerġija għas-Sindki li tiffoka fuq Strutturi ta’ Appoġġ

Awtur : Maryke VAN STADEN, Communications Officer, Energy for Mayors, Germany - Email

Traduttur: Ivan GRECH, ENESCOM, Malta - Email

Il-proġett ENERĠIJA GĦAS-SINDKI huwa, b’mod uniku, l-ewwel proġett kofinanzjat tal-EIE li jindirizza b’mod espliċitu l-Istrutturi ta’ Appoġġ (StA) tal-Konvenzjoni tas-Sindki (KtS), kif ukoll lill-ibliet u l-irħula mal-Ewropa kollha. L-għan ewlieni tiegħu huwa li jappoġġja l-iżvilupp ta’ iżjed komunitajiet ta’ enerġija sostenibbli madwar l-Ewropa, billi jkun ta' gwida għal numru ta' bliet u rħula, kif ukoll għall-Istrutturi ta' Appoġġ.

B’dan il-mod, għandu jassisti l-implimentazzjoni b’suċċess tal-KtS u jżid il-moviment fuq livell lokali lejn il-miri 20-20-20 tal-UE, billi jilħaq l-għanijiet li ġejjin:

  • 180 muniċipalità ġodda li jingħaqdu mal-Konvenzjoni tas-Sindki
  • 60+ muniċipalità li jiġu akkumpanjati fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-PAES tagħhom        
  • 16-il Struttura ta’ Appoġġ li jinħalqu sabiex jgħinu lill-komunitajiet
  • 10 Ijiem ta’ Enerġija organizzati kull sena fir-reġjuni tal-proġett       
  • 8 Sistemi tal-Ġestjoni tal-Enerġija (SĠE) pilota implimentati
  • Benefiċċji bla limitu għal kull komunità – minn konsum enerġetiku ridott u tfaddil finanzjarju għal kwalità aħjar tal-ħajja għaċ-ċittadini!

Ir-rwol tal-Istrutturi tal-Appoġġ tal-Konvenzjoni tas-Sindki (StA)

Irrispettivament jekk humiex jew le netwerks tal-amministrazzjoni pubblika jew tal-gvern lokali / reġjonali, l-StA huma atturi importanti li impenjaw ruħhom sabiex jappoġġjaw il-finijiet tal-KtS.  Huma jappoġġjaw fuq livelli differenti l-komunitajiet lokali bl-attivitajiet lokali tagħhom li jirrigwardaw il-klima u l-enerġija. Kull StA tiffoka fuq ir-reġjun ġeografiku uniku tagħha, pereżempju provinċja (bħall-Provinċja ta’ Modena), attenzjoni speċjali reġjonali (bħall-Unjoni tal-Awtoritajiet Lokali Bulgari tal-Baħar l-Iswed), attenzjoni speċjali fuq pajjiż jew attenzjoni speċjali fuq livell Ewropew ukoll; il-Coordinamento Agende 21 Locali italiane, pereżempju, jindirizza l-muniċipalitajiet Taljani, filwaqt li ICLEI Europe tiffoka l-attivitajiet tagħha fl-ibliet, l-irħula u l-assoċjazzjonijiet mal-Ewropa kollha. Ħafna StA żviluppaw il-metodoloġija(i), l-għodda(għodod) u l-mekkaniżmi ta’ appoġġ tagħhom stess sabiex jiggwidaw lill-ibliet u l-irħula.

Enerġija għas-Sindki tassisti l-Istrutturi tal-Appoġġ li jkunu qegħdin jappoġġjaw il-komunitajiet sostenibbli

Attwalment il-konsorzju ENERĠIJA GĦAS-SINDKI qed jesplora u jaqsam f’kategoriji l-appoġġ offrut mill-StA, inklużi r-riżultati minn stħarriġ disseminat permezz tal-uffiċċju tal-KtS matul is-Sajf tal-2010. Barra li jkollu medda ta’ ħiliet u kompetenzi, l-StA jista’ wkoll ikollu ħtiġijiet speċifiċi għat-titjib tal-kapaċità. Dan jista’ jinkludi, pereżempju, rekwiżit għal informazzjoni, għarfien jew għodod speċifiċi sabiex jiġi ottimizzat l-appoġġ li l-StA joffru lill-komunitajiet lokali tagħhom. Dan it-tieni element jagħmel parti mill-istħarriġ ENERĠIJA GĦAS-SINDKI, bl-informazzjoni miksuba li tintuża għall-iżvilupp ta’ programm ta’ taħriġ speċifikatament għall-StA.

L-StA kollha u dawk l-organizzazzjonijiet interessati li jingħaqdu bħala StA huma mistiedna li jieħdu sehem fil-Workshop ta’ Taħriġ għall-Istrutturi ta’ Appoġġ li għandu jsir fi Huelva, Spanja, fit-18 u d-19 ta’ Novembru 2010. Għad-dettalji dwar il-programm u għar-reġistrazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta l-websajt tal-proġett għal aġġornamenti, jew ibgħat imejl lil Maryke van Staden(maryke.van.staden@iclei.org).

L-ewwel riżultati miġbura mill-StA għandhom ukoll jiżdiedu mat-‘toolbox’ tal-Enerġija għas-Sindki. Din it-toolbox għandha tgħin tiċċentralizza l-materjal u l-gwida ta’ appoġġ li jkunu disponibbli pubblikament (f’ħafna ilsna differenti), u jistgħu jintużaw min-netwerks u l-gvernijiet l-oħra bħala appoġġ tal-azzjoni għall-enerġija u l-klima tal-komunitajiet lokali tagħhom.   It-toolbox għandha titnieda onlajn – għal iżjed dettalji jekk jogħġbok mur fuq il- www.energyformayors.eu.

Il-koordinatur għall-Enerġija għas-Sindki huwa Dario Miroglio, Provinċja ta’ Ġenova, l-Italja Email: miroglio@provincia.genova.it