
Aħbarijiet dwar il-Komunitajiet tal-Enerġija Sostenibbli
Ħarġa 1
Ħarifa 2010
Artikoli [1 MT]
Ħames Proġetti ġodda tal-Komunitajiet tal-Enerġija Sostenibbli EIE
Enerġija għas-Sindki li tiffoka fuq Strutturi ta’ Appoġġ
ENESCOM – L-Identità tal-Enerġija tal-Komunitajiet
come2CoM li jaqsam strateġiji ta’ enerġija sostenibbli urbana
Il-promozzjoni tal-Konvenzjoni tas-Sindki
Växjö - “L-Aktar Belt Ekoloġika” tista’ tikseb riżultati aħjar!
Il-Belt_SEC li tappoġġja l-muniċipalitajiet tal-Komunitajiet tal-Enerġija Sostenibbli
ENNEREG "Reġjuni 202020"
It-tħejjija tat-triq għal Ewropa b’Enerġija Sostenibbli
Ikkuntrattar tal-Prestazzjoni Enerġetika f’Middelfart, id-Danimarka
Il-promozzjoni tal-Konvenzjoni tas-Sindki
Awtur : Katrin JULLIEN, come2CoM Project Coordinator (2010-11), Germany / Meike LÖHR, come2CoM Project Coordinator (2011-2012), Beratungs- und Service-Gesellschaft Umwelt mbH, Germany - Email
Traduttur: Ivan GRECH, ENESCOM, Malta - Email
L-għan ta’ come2CoM huwa li jikkontribwixxi fl-implimentazzjoni b’suċċess tal-inizjattiva Ewropea, il-Konvenzjoni tas-Sindki. Għandna nilħqu dan il-għan billi nappoġġjaw lill-ibliet u l-awtoritajiet lokali fil-pajjiżi tal-konsorzju msieħeb sabiex isiru membri tal-“Konvenzjoni tas-Sindki” u jiġu elaborati l-Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli (PAES) mitluba. Bħala l-ewwel pass, l-imsieħba fil-proġett li jikkonsistu fi 12-il aġenzija tal-enerġija, aġenzija ta’ konsultazzjoni dwar l-enerġija u istitut tal-enerġija impenjati, minn 11-il pajjiż membru tal-UE għandhom l-għan li jniedu kampanja promozzjonali sabiex jinfurmaw lill-ibliet u l-awtoritajiet lokali dwar il-Konvenzjoni tas-Sindki u jikkonvinċuhom li jkunu minn ta’ quddiem fil-mitigazzjoni tat-tibdil tal-klima.
Kif l-ibliet u l-awtoritajiet lokali għandhom jiġu konvinti li jkunu minn ta’ quddiem fil-mitigazzjoni tat-tibdil tal-klima
Mgħammra bil-fuljett tematiku tradott u preżentazzjoni dwar il-KtS, powsters, stend ta’ fiera, film qasir u sub-websajt dwar il-websajt tal-imsieħba, se nagħmlu preżentazzjoni tal-KtS f’avvenimenti nazzjonali u reġjonali u norganizzaw konsultazzjonijiet personali fil-kunsilli tal-ibliet. Billi se nkunu involuti f’netwerks nazzjonali u reġjonali, billi nkunu qegħdin nitkellmu bl-istess lingwa tar-rappreżentanti tal-ibliet u nkunu fuq il-post, aħna nemmnu b’mod qawwi li l-approċċ minn isfel għal fuq għandu jippermettilna nispiraw sa 300 belt sabiex jiffirmaw.
Bħala t-tieni pass, come2CoM għandu jippermetti lill-ibliet firmatarji li jwettqu l-ewwel passi tal-PAES. Sabiex jintlaħaq dan, aħna għandna:
- nikkompilaw, nispjegaw u nikkomunikaw metodoloġiji adatti għall-iżvilupp tal-PAES u l-għodod tal-inventarju ta’ CO2 lill-ibliet tal-KtS magħżula
- inxerrdu għarfien minn eżempji reċenti tal-aħjar prattika, u
- nipprovdu gwida dwar l-għażla tal-għodod l-iżjed adatti fir-rigward tal-istadju tal-iżvilupp individwali tal-ibliet tal-KtS fil-qasam tal-politiki dwar il-klima u l-enerġija.
Permezz ta’ konsultazzjonijiet individwali ma’ bliet eżemplari, kif ukoll permezz ta’ seminars, aħna għandna, b’mod partikolari:
- ngħinu niddefinixxu l-miri tal-effiċjenza enerġetika u ta’ CO2
- nagħtu parir dwar kif jista’ jinkiseb appoġġ mill-partijiet interessati rilevanti u dwar kif għandhom jiġu involuti
- nirrikmandaw prijoritajiet u azzjonijiet ewlenin
- nassistu fl-ippjanar tal-ħin u dak finanzjarju
Minbarra l-PAES approvati mill-kunsill tal-belt, fl-aħħar tal-proġett għandna nipprovdu rapport li jiddeskrivi l-metodoloġiji applikati għall-iżvilupp tal-PAES u l-valutazzjoni tal-linja bażi ta’ CO2 li għandhom jiffaċilitaw il-proċess tal-għażla tal-metodoloġiji fil-ġejjieni. Barra dan, l-għan tagħna huwa li ninkoraġġixxu u nippermettu lill-ibliet f’perspettiva fuq perjodu twil li jimplimentaw azzjonijiet sabiex inaqqsu s-CO2 u gassijiet serra oħra u jistimulaw l-iskambju ta’ għarfien u esperjenza dwar l-enerġija sostenibbli u l-miżuri sabiex jitnaqqas l-użu tal-enerġija permezz tan-netwerk tal-KtS.






