Aħbarijiet dwar il-Komunitajiet tal-Enerġija Sostenibbli

 Djarju tal-avvenimenti | Aħbarijiet | Irreġistra ħalli tirċievi din in-newsletter elettronika


Regions202020 logo ENESCOM logo Come2CoM logo CITY_SEC logo Energy for Mayors logo
logo city sec 3

Żvilupp Reġjonali u Aġenziji tal-Enerġija li jappoġġjaw il-muniċipalitajiet tal-Komunitajiet tal-Enerġija Sostenibbli (KES) sabiex b’mod konġunt isiru atturi attivi fl-enerġija fl-Ewropa.

Awtur : Lucia CATALANI, City_SEC Project Coordinator, Italy - Email

Traduttur: Ivan GRECH, ENESCOM, Malta - Email

Il-proġett Belt_KES joriġina mill-ħtieġa komuni li dawk li jwettqu l-politika f’livell lokali u reġjonali jkunu appoġġjati sabiex jingħaqdu mal-Konvenzjoni tas-Sindki u jilħqu l-għanijiet tagħha, b’mod partikolari, f’dawk ir-reġjuni fejn hemm ftit muniċipalitajiet li huma firmatarji.

L-għan ta’ Belt_KES huwa li twettaq valutazzjoni tal-linja bażi tal-enerġija u tiżviluppa Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli (PAES)  għal 44 muniċipalità, sabiex b’hekk tgħinhom isiru Komunitajiet tal-Enerġija Sostenibbli. L-44 muniċipalità involuti għandhom jiġu appoġġjati mill-Konsorzju tal-proġett sabiex jiffirmaw l-inizjattiva tal-Konvenzjoni tas-Sindki (KtS) u jiżviluppaw azzjonijiet li jmorru lil hinn mill-miri tal-enerġija 20-20-20 tal-UE.

L-attivitajiet jitwettqu bil-formulazzjoni ta’ 6 Belt_KES li jinkludu ħafna muniċipalitajiet bħala membri u billi kull Belt_KES taqsam strateġija komuni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 u ż-żieda tal-effiċjenza enerġetika fir-reġjun. Il-konsorzju għandu jorganizza attivitajiet ta’ taħriġ u informazzjoni bl-għan li jitkabbru l-għarfien u l-kapaċitajiet tal-membri tal-Belt-KES, b’mod partikolari ta’ dawk li jfasslu l-politika u s-soċjetà ċivili, fuq kwistjonijiet dwar l-enerġija sostenibbli.

Il-Belt_KES għandha wkoll tesplora r-rwol li l-Aġenziji tal-Iżvilupp Reġjonali (AIR) jista’ jkollhom sabiex jappoġġjaw l-inizjattiva tal-Konvenzjoni tas-Sindki billi jiddeskrivu fil-qosor rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq l-esperjenzi tal-5 AIR li qegħdin jipparteċipaw.  Outputs u riżultati ewlenin – inklużi l-indikaturi ewlenin tar-riżultati kwantitattivi:

  • 44 Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli;
  • 44 Muniċipalità li jfasslu l-Valutazzjoni tal-Linja Bażi tal-Enerġija;
  • 44 Membru ġdid fl-inizjattiva tal-Konvenzjoni tas-Sindki;
  • 6 Belt_KES, magħmula minn mill-inqas 5 membri kull waħda, jieħdu sehem b’mod konġunt fl-attivitajiet tat-tkabbir tal-għarfien: żjara internazzjonali waħda ta’ studju u 5 żjarat qosra lokali, 4 sessjonijiet ta’ taħriġ f’kull Belt_KES.